Aktar xita jew temp sabiħ?

Tul dawn l-aħħar jiem it-temp fil-Gżejjer Maltin kien msaħħab bir-riħ u kultant b’ħalbiet tax-xita f’diversi lokalitajiet. Madankollu matul il-ġurnata tal-Ħadd it-temp kien il-biċċa l-kbira xemxi bl-ogħla temperatura kienet dik ta’ 25°C.

Matul il-ġurnata tas-Sibt ir-riħ it-temp kien pjuttost imsaħħab bit-temperatura niżlet b’4°C minn 22°C għall-18°C. Għall-ħabta tas-6pm qamu wkoll diversi buffuri ta’ riħ qawwija u friski. Matul dawn il-buffuri r-riħ inbidel min-Nofsinhar għall-Grigal.

Matul din il-ġimgħa t-temp mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi għajr għat-Tnejn u t-Tlieta fejn mistenni jkun aktar imsaħħab. Matul din il-ġimgħa t-temperatura mistennija tvarja bejn 24°C u t-28°C.

Minkejja li fuq il-Gżejjer Maltin ftit li xejn niżlet xita, fi Sqallija niżlet ammont konsiderevoli ta’ xita. Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri l-Belt ta’ Milazzo mgħerrqa.

#Cms | Ecco #Milazzo questo pomeriggio, strade allagate e disagi in città.Video via web

Posted by CMS – Centro Meteorologico Siciliano – ODV on Saturday, May 30, 2020