‘Muscat u Schembri fost il-mistiedna tal-festin tal-Electrogas’ – iben Daphne

Read in English.

Illum qed kompliet l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Xhedu Ronnie Vella (Projects Malta) u Charlene Bianco Farrugia (MITA).

Xi spikka fis-seduta tal-lum?

  • Joseph Muscat u Keith Schembri fost il-mistiedna ta’ Yorgen Fenech għal festin ta’ €30,000
  • Charlene Bianco Farrugia tgħid li ġieli rat lil Yorgen Fenech Kastilja
  • L-avukat ta’ Bianco Farrugia qal li reċentament xehdet f’inkjesta maġisterjali dwar Yorgen Fenech, Keith Schembri, u Melvin Theuma
  • Ronnie Vella ma jiftakarx jekk ħax xi ritratt ta’ ġurnalist f’bar fir-Rabat fl-2017
  • Il-Pulizija trid tkellem lil Ronnie Vella dwar meta l-ġurnalisti ssakkru f’Kastilja
15:38 M'hemmx aktar xhieda llum allura l-ġurnalisti se jirtiraw mill-Qorti. Dalwaqt se naġġornaw l-artiklu bil-punti prinċipali tal-lum. Grazzi talli segwejtuna
Christoph Schwaiger
15:38 Charlene Bianco Farrugia tkompli tixhed fil-magħluq
Christoph Schwaiger
15:36 Ma tiftakarx kemm-il darba ratu
Christoph Schwaiger
15:35 "Kien jiġi Kastilja, kien hemm records ta' kemm il-darba daħal Kastilja"
Christoph Schwaiger
15:34 Bianco Farrugia tgħid li ġieli rat lil Yorgen Fenech Kastilja
Christoph Schwaiger
15:32 L-avukat ta' Bianco Farrugia qal li reċentament xehdet f'inkjesta maġistarjali dwar Yorgen Fenech, Keith Schembri, u Melvin Theuma
Christoph Schwaiger
15:32 F'April tal-2016 imxiet fuq xogħol ta' proġetti
Christoph Schwaiger
15:29 Taħdem il-MITA. Qabel kienet fis-Segretarjat tal-OPM bħala PA taċ-Chief of Staff Keith Schembri
Christoph Schwaiger
15:29 Tibda tixhed Charlene Bianco Farrugia
Christoph Schwaiger
15:22 Tiġi sospiża x-xhieda ta' Vella – il-Bord se jistaqsi dwar l-inċident ta' Kastilja darb'oħra
Christoph Schwaiger
15:22 Vella jgħid li fl-OPM qatt ma tkellmu dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
15:21 Vella jgħid li kien parti mit-taskforce tac-CHOGM f'dak li għandu x'jaqsam loġistika
Christoph Schwaiger
15:19 Vella jgħid li għamel kważi ġimgħa u nofs jaħdem mal-PM Robert Abela
Christoph Schwaiger
15:19 Vella jgħid li ma jiftakarx jekk rax xi ġurnalist dakinhar fil-bar
Christoph Schwaiger
15:18 L-istill tas-CCTV tgħid "PM" però l-avukata Therese Comodini Cachia tgħid li hemm żball
Christoph Schwaiger
15:15 Vella jgħid li jħoss li kien responsabilità tiegħu li jekk jara lil xi ħadd li jkun f'interess tal-PL jew tal-OPM jinforma lil xi ħadd. Dawn l-affarijiet kien jibgħathom lil Keith Schembri
Christoph Schwaiger
15:13 Il-Bord jistaqsi lil Vella kif f'daqqa waħda beda jiftakar l-affarijiet minn dakinhar. Issa jiftakar fejn kien sejjer wara u fejn waqaf fit-triq
Christoph Schwaiger
15:12 Vella jgħid li dakinhar il-press conference kienet l-Imdina jew il-Buskett
Christoph Schwaiger
15:10 L-avukat ta' Vella jifli r-ritratt
Christoph Schwaiger
15:09 Il-Bord ikompli jippressa lil Vella – fir-ritratt jidher Vella jipponta l-mowbajl lejn xi persuni. Mhux qed iħares lejn il-mobile
Christoph Schwaiger
15:09 Vella għadu ma weġibx – l-avukat qed iħares lejh sieket
Christoph Schwaiger
15:08 Vella qed jipprova jiftakar
Christoph Schwaiger
15:08 Vella għadu ma weġibx
Christoph Schwaiger
15:07 Il-Bord jistaqsi lil Vella jekk ħax ritratti ta' xi persuni dakinhar
Christoph Schwaiger
15:06 Issa qed jiftakar fejn hu l-bar li kien fih – huwa qrib xi pompa tal-petrol
Christoph Schwaiger
15:05 Jgħid li kienu jaħdmu kuljum flimkien fil-konferenzi ta' Muscat
Christoph Schwaiger
15:04 Jgħid li kien jaħdem miegħu fil-kampanja elettorali. Ma jafx x'kien jaħdem il-persuna l-oħra
Christoph Schwaiger
15:03 Vella jiġi muri ritratt – jgħaraf persuna fir-ritratt
Christoph Schwaiger
15:01 Il-Bord qed jerġa' jistaqsi dwar l-inċident tar-Rabat. Vella qed jitlob l-isem tal-persuna l-oħra biex jipprova jiftakar x'ġara
Christoph Schwaiger
14:59 Vella jgħid li ġieli ra lil Neville Gafà. Vella jgħid li ma kienx jaf min hu Yorgen Fenech.
Christoph Schwaiger
14:57 Vella jgħid li qatt ma ra lil Yorgen Fenech f'Kastilja. Jgħid li hu jaħdem fit-3 sular mhux fit-tieni fejn hu l-uffiċċju tal-PM. Il-Bord jgħid li ma staqsewx dwar fejn ikun l-uffiċċju tal-PM. Jistaqsi lil Vella għalfejn semma l-post fejn kien l-uffiċċju ta' Muscat
Christoph Schwaiger
14:56 Il-Bord jagħmilha ċara li għandu informazzjoni dwar x'għamel Vella. Vella qed jibqa' jinsisti li ma jiftakarx il-każ u l-post.
Christoph Schwaiger
14:53 "Ma jiftakar xejn" jgħid il-Bord
Christoph Schwaiger
14:52 Il-Bord ordna divjett fuq il-pubblikazzjoni ta' xi ismijiet li jaf isemmi Vella
Christoph Schwaiger
14:51 Il-Bord jgħid li għandu informazzjoni li Vella kien f'bar fir-Rabat u segwa persuna
Christoph Schwaiger
14:50 Il-Bord jistaqsi li Vella jekk kienx hemm ma' persuna oħra, jekk rax xi ħaġa li mbagħad waslet għand xi ħaddieħor
Christoph Schwaiger
14:48 Vella jgħaraf lilu nnifsu f'ritratt li qed jiġu muri lilu
Christoph Schwaiger
14:47 Il-Bord jistaqsi lil Vella jekk qattx marx ir-Rabat Mejju 2017 fuq ordni ta' xi ħadd biex isegwi lil xi ħadd. Vella jgħid li dan m'għamlux. Il-Bord javża lil Vella li qiegħed taħt ġurament
Christoph Schwaiger
14:46 Fl-2017 jgħid li kien involut fil-kampanja elettorali tal-PL
Christoph Schwaiger
14:45 Vella jgħid li fl-2015 kien jaħdem il-MEPA
Christoph Schwaiger
14:44 Il-Bord jistaqsi lil Vella jekk kienx preżenti fil-konferenza ta' Kastilja fid-29 ta' Novembru.
L-avukat ta' Vella jitlob lill-Bord biex ma jistaqsux dwar dak inhar. It-talba tiegħu ma tintlaqax. Vella jgħid li kien ħa ħsieb il-loġistika tal-konferenza
Christoph Schwaiger
14:42 Jgħid li ma jiftakarx jekk qattx tkellem dwar il-blog ta’ Daphne ma’ xi ħadd ieħor.
“Ma jinterssanix”
Christoph Schwaiger
14:41 Jgħid li ġieli segwa l-blog ta’ Daphne “bħal ħafna Maltin”.
Christoph Schwaiger
14:40 jekk press conference ma tkunx Kastilja kien jieħu ħsieb hu wkoll
Christoph Schwaiger
14:39 Vella jgħid li kien involut fis-setup tal-loġistika tal-press conferences u tal-events.
Christoph Schwaiger
14:38 Vella jgħid li kien jaħdem Projects Malta, imbagħad għamel erba' xhur Kastilja, imbagħad reġa' spiċċa Projects Malta. Vella ma jafx jekk kienx Person of Trust
Christoph Schwaiger
14:37 Jintlaħaq qbil li mistoqsijiet dwar l-inċidnet f'Kastilja jsiru fi stadju ieħor
Christoph Schwaiger
14:35 L-avukat jgħid li din il-ġimgħa stess Vella ssejjaħ biex jitkellem dwar l-inċident fl-Għassa tal-Belt. Però Vella għadu ma marx. Il-Bord iqajjem tħassib għalfejn dan għadu ma marx
Christoph Schwaiger
14:34 L-avukat ta' Vella jitlob biex Vella ma jixhidx għax hemm investigazzjoni tal-Pulizija għaddejja
Christoph Schwaiger
14:33 Jibda jixhed Ronnie Vella
Christoph Schwaiger
14:33 Caruana Galizia jgħid li kieku kien magħruf li Yorgen Fenech kien is-sid ta’ 17 Black, ma kienx jgħaddi l-finanzjament għall-powerstation
Christoph Schwaiger
14:30 Caruana Galizia jgħid ukoll li kien hemm fondi biex jiġi kkumissjonat diskors biex jinqara minn Yorgen Fenech. Fuq talba tal-OPM, ma sarx diskors minn Fenech fil-festin.
Christoph Schwaiger
14:25 Matthew Caruana Galizia jippreżenta emails u dokumenti li ġew leaked mill-Electrogas. Hemm lista ta' nies li kienu se jiġu mistienda għal financing closing party tal-Electrogas. Il-festin kien se jiġi jiswa €30,000. L-unika nies mill-Gvern li ġew mistiedna kienu Joseph Muscat, Michelle Muscat, Keith Schembri, Charlene Bianco Farrugia, Kenneth Azzopardi, u Neville Gafà. Il-festin sar Level 22 Portomaso. Yorgen Fenech kien l-organizzatur.
Christoph Schwaiger
14:23 Vella tippreżenta lista ta' emails. Fosthom hemm indirizzi fuq is-server josephmuscat.com. Tgħid ukoll li Michelle Muscat, il-mara tal-eks PM Joseph Muscat, kellha email tal-Gvern.
Christoph Schwaiger
14:20 Vella tgħid li llum se jixhed Ronnie Vella – suppost kien jaħdem fl-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-OPM. Tgħid li dan ma jkollux interazzjoni mal-midja. Meta jkun hemm il-midja ħdejn il-PM barra, mill-uffiċċju joqgħod mal-ġenb
Christoph Schwaiger
14:18 L-Imħallef Michael Mallia: Guest post tista’ tikontrollah?
Iva jgħidulu l-avukati
Christoph Schwaiger
14:16 Corinne Vella, oħt Daphne, tippreżenta xi dokument. Wieħed dwar post li kiteb Glenn Bedingfield li xi qarrejja interpretawh bħala theddida fuq il-ħajja ta’ Daphne.
Christoph Schwaiger
14:06 Jidħlu l-avukati, membri tal-familja ta’ Daphne, u l-ġurnalisti
Christoph Schwaiger

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • “Sirt naf dwar Yorgen Fenech mill-gazzetti” – Ray Barbara, assistent tal-Prim Ministru
  • Barbara jgħid li Joseph Muscat kien ixxukkjat bl-aħbar tal-Panama Papers u rrabjat bl-allegazzjoni tal-kumpanija Egrant
  • Kenneth Camilleri jgħid li mar ma’ Neville Gafà l-Libja 4 darbiet
  • Qatt ma ra lil Yorgen Fenech Kastilja
  • Ilu żmien ma jkellem lil Keith Schembri; wara li rreżenja ma kellmux
  • Kien ixerred artikli ta’ mibegħda lejn Daphne fuq Facebook avolja ‘ma jifhimx’; ma jiddispjaċihx
  • Camilleri ltaqa’ ma’ Melvin Theuma 4 darbiet
  • Ma riedx jitkellem iżjed fuq Theuma peress li se jixhed fi proċeduri kriminali dwar Theuma x-xahar id-dieħel