Aktar tniġġis; konġestjoni f’livell kritiku – residenti ta’ Ħ’Attard

Arkivji

Hemm livelli aktar għoljin ta’ tniġġis fl-arja ta’ Ħ’Attard u konġestjoni f’livell kritiku fit-toroq tal-madwar skont l-għaqda Attard Residents Environmental Network (AREN).

Fi stqarrija, L-AREN qalet li Triq tal-Linja ngħalqet minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru. Spjegat li f’każijiet bħal dawn hemm bżonn il-preżenza ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta jew tal-Pulizija biex jidderieġu lis-sewwieqa. Żiedet tgħid li s’issa ma ttiħditx azzjoni dwar dan u appellat lit-Trasport Malta biex taġixxi.

L-AREN talbet lis-sewwieqa biex jużaw rottot alternattivi li ma jgħaddux minn Ħ’Attard.