Aktar tibdiliet fir-rotot tat-trasport pubbliku

Tħabbru aktar tibdiliet fir-rotot tat-trasport pubbliku.
Fi stqarrija, Transport Malta ħabbret li r-rotta 250 se tibda mill-Bajja tal-Mellieħa (l-Għadira) minflok miċ-Ċirkewwa u tieqaf il-Belt Valletta.
Ir-rotta X3, issa se tkun qed tgħaddi minn Triq Psaila minflok minn Triq il-Wied Birkirkara.
Ir-rotta 119 se tibda taqdi wkoll il-Power Station ta’ Delimara filwaqt li r-rotta 213 se tiġi estiża sar-Rinella.
Tista’ tara l-lista sħiħa ta’ tibdiliet hawn.