Aktar taħriġ għal persuni li jaħdmu ma’ nies vulnerabbli

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon ħabbar li tnieda proġett soċjali Ewropew bl-għan li jgħin finanzjarjament proġetti innovattivi li jagħtu taħriġ speċjalizzat lill-ħaddiema li jaħdmu ma’ nies vulnerabbli.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Flazon spjega kif se jkun qed jingħata taħriġ għal persuni li jaħdmu ma’ gruppi jew individwi li għaddejjin minn żminijiet diffiċli jew li jinsabu żvantaġġati. Professjonisti ta’ dan it-tip jinkludu social workerscommunity workers, ġenituri jew inkella foster parents.
Filwaqt li l-għan ewlieni hu li jingħata taħriġ speċifiku li jkopri wkoll għar-realtajiet ġodda tal-lum, il-Ministru qal li se jkun qed jingħata kors adattat għall-istaff kollu li jagħmel parti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jitjieb is-servizz li qed jingħata u jiġi żgurat li fiċ-ċentru tiegħu jkun hemm il-klijenti.