Aktar studenti jiggradwaw

94 student ieħor se jiggradwaw illum fuq livell ta’ maġisteru u dottorat.
Dan hekk kif se jitgraddwaw 19-il student fil-maġisteru tal-inġinerija, 4 fix-xjenza, żewġ studenti fl-arti kulturali u ieħor fix-xjenza tal-konservazzjoni.
Erba’ studenti oħra kisbu l-maġisteru fix-xjenza tal-konservazzjoni teknoloġika, sitta fix-xjenza ambjentali, tnejn fil-management tax-xjenza u ieħor fix-xjenza tal-infrastruttura.
Mill-Fakultà tal-Inġinerija ggradwaw 12-il student.
Filwaqt li ħamsa kisbu l-maġisteru fix-xjenza integrata fl-iżvilupp.
Mill-Istitut tal-Gżejjer u l-Istati Żgħar, student kiseb maġisteru.
Żewġ studenti kisbu dottorat fil-bini ambjentali u fl-inġinerija.