Aktar spettaklu mill-futbol fl-Ewropa

Id-dilettanti kollha tal-futbol kellhom ġurnata oħra ta’ divertiment permezz tal-kompetizzjoni Europa League.

Minn din il-kompetizzjoni spikkaw Valencia li f’darhom għelbu lil St. Gallen bl-iskor ta’ 5-1.

Fiorentina li wara li għelbu lil Juventus fil-kampjonat Taljan, għelbu wkoll lil Panduri Lignit bl-iskor ta’ 3-0.

Fl-Ingilterra kellna skor identiku ta’ 1-1, bejn Swansea u Kuban Krasnodar kif ukoll bejn Wigan u Rubin Kazan.

L-Europa League kif ukoll iċ-Champions League jerġgħu jkomplu ġimgħatejn oħra.

Għaldaqstant fi tmiem din il-ġimgħa, jkomplu l-kampjonati domestiċi tal-pajjiżi kollha.