Aktar spazju għal min irid jgħum l-Għadira mingħajr ma jikri umbrella

Iċ-ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu l-MTA Gavin Gulia qal li se jonqsu bin-nofs is-sezzjonijiet tal-bajja tal-Għadira li huma okkupati mill-umbrelel ta’ diversi operaturi tal-lidos.

Huwa qal li dan qed isir permezz ta’ ftehim ġdid li ntlaħaq bejn l-operaturi tal-lidos u l-MTA u li ilu fis-seħħ għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat.

Gavin Gulia spjega li permezz ta’ dan il-ftehim, persuni li jżuru l-bajja tal-Għadira jistgħu igawdu l-baħar mingħajr ma jikru umbrelel. Huwa saħaq dwar l-importanza ta’ monitoraġġ biex jiġi assigurat li l-ftehim jiġi rispettat. Semma li bajjiet oħra se jimxu fuq l-istess bażi ta’ dan il-ftehim.