Aktar skontri vjolenti fil-Mali

Fit-tramuntana tal-Mali, mat-tlettax –il suldat miċ-Chad flimkien ma 65 Iżlamisti huma rrapurtati li ġew maqtula waqt aktar skontri vjolenti fil-pajjiż.
Intqal li dawn l-iskontri seħħew qrib il-muntanji Ifoghos fejn huwa maħsub li hemm ħafna militanti moħbija.

Ix-xahar li għadda Franza mexxiet operazzjoni sabiex tgħin lill-Iżlamisti li kienu ħatfu r-reġjun tat-tramuntana tal-Mali is-sena l-oħra. Eluf ta’ suldati minn pajjiżi Afrikani intbagħtu l-Mali mindu Franza kienet ħadet din l-inizjattiva.