Aktar servizzi tas-saħħa għall-persuni transgender – Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ġie ppubblikat avviż legali li se jkun l-ewwel pass għal aktar servizzi tas-saħħa b’xejn għal persuni transgender.
Fi stqarrija, il-Ministru qal li permezz ta’ dan l-avviż legali, persuni transgender se jkunu intitolati għal terapiji relatati mal-identità tal-ġeneru. Qal li kundizzjonijiet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess iddaħħlu fl-iskema ħamsa, jiġifieri tal-kartuna s-safra.
Fearne qal li se jiġi ppublikat dokument għal konsultazzjoni pubblika li fil-fehma tiegħu għandu jiffaċilita l-aċċess għat-trattamenti għal persuni transgender.