Aktar servizzi miċ-Ċentri tas-Saħħa minn għada

Minn għada se jerġgħu jibdew jiġu offruti xi servizzi miċ-Ċentri tas-Saħħa.

Fuq Facebook il-Ministeru għas-Saħħa spjega li se jiġu offruti xi servizzi mill-kliniċi tal-kardjoloġija, tad-dijabete, mill-Well Baby Clinics, u mill-bereġ ta’ Ħaż-Żabbar u tal-Pietà.

Intant, l-użu tal-hand sanitizer u tal-perspex huma fost il-miżuri li jridu jsegwu tal-monti fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus. Fuq Facebook il-Ministeru għall-Ekonomija elenka tmien miżuri li “għandhom jiġu segwiti mill-bejjiegħa u x-xerrejja tal-monti.”

Il-ħaddiema tas-saħħa qegħdin iwissu li Malta tista’ tispiċċa bl-agħar statistika ta’ każijiet tal-coronavirus fil-Mediterran, issa li llum tħabbru 15-il każ ġdid, l-istess bħall-bieraħ, u għalhekk, ikun aħjar jekk il-miżuri l-ġodda jiġu posposti b’ġimagħtejn.