Pass eqreb lejn il-Learning Hub f’Għajnsielem

DOI: Terry Camilleri

Read in English.

L-Għajnsielem Learning Hub, post li se jkun qed joffri servizzi għall-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom, daħal fit-tieni fażi tiegħu.

Dan qaluh il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis waqt li żaru x-xogħlijiet preparatorji li għaddejjin fil-Learning Hub.

Saħqu li ladarba l-fażijiet kollha tal-proġett jitlestew, il-proġett tal-Għajnsielem Learning Hub se jservi biex is-servizzi kollha tad-diżabilità f’Għawdex ikunu taħt saqaf wieħed.

Justyne Caruana stqarret li l-Hub se jkun post modern u mgħammar b’apparat ta’ livell għoli.