Aktar riżultati mir-rawnd preliminarju tal-waterpolo

Din il-ġimgħa ntlagħbu tliet logħbiet oħra tal-waterpolo mir-rawnd preliminari. Minn Grupp A, SLM Fran Salt għelbu lil EXI Elia Cater 14-7. L-aqwa skorers ta’ SLM kienu Parnis Joseph, Subotic Gavril u Hoznyansky Norbert skurjaw tliet gowls kull wieħed. Jelacca Marko rnexxielu jikseb tliet punti għal EXI.

Minn Grupp B MXL Browns rebħu lil VLT Videoslots bl-iskor ta’ 21-16. L-aqwa skorer għal MXL kien Nagaev Ivan li rnexxielu jdaħħal il-ballun 13-il darba. Min-naħa ta’ VLT, kien hemm Kholod Dimitri li rnexxielu jagħmel l-aktar punti għat-tim tiegħu, bit-total ta’ 6 gowls. It-tieni logħba minn Grupp B kienet bejn NEP Leo Vegas u TXB Amigos. NEP rebħu lil TXB bl-iskor konvinċenti ta’ 21-4. L-aqwa skorer għat-tim rebbieħ kien Camilleri Steven li għamel 9 blalen u għal TXB kien Kacar Nenad li skurja tlieta.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, intlagħbu ħames logħbiet oħra mill-istess rawnd.

Aqra: Riżultati minn-5 logħbiet tar-rawnd preliminari tal-waterpolo