Aktar restrizzjonijiet għan-negozju tat-tabakk minn Settembru

Malta aċċettat li tkun involuta mal-protokoll tan-Nazzjonijiet Maqgħuda sabiex jiġi eliminat in-negozju lleċitu tal-prodotti tat-tabakk. Malta se tkun qed tingħaqad ma’ stati membri oħra meta l-protokoll jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa fejn intqal kif Malta se tkun qed tibbenefika minn żieda fil-koperazzjoni internazzjonali sabiex jitwaqqaf il-kummerċ illeċitu u jkun hemm kontroll akbar fuq in-negozju tat-tabakk.

Il-protokoll se jkun qed ikopri l-kuntrabandu, manifattura illegali u l-falsifikazzjoni billi tiġi assigurata l-katina tal-provvista tal-prodotti tat-tabakk.

Il-Ministeru spjega li l-koperazzjoni ta’ Malta ma’ dan il-protokoll qed isir sabiex il-popolazzjoni tiġi protetta minn effetti tat-tabakk li jistgħu jagħmlu ħsarat kbar.