Aktar restrizzjonijiet fl-Italja hekk kif it-tobba jwissu li l-agħar għadu ġej

DOCTORS AND NURSES OF THE INTENSIVE CARE HOSPITAL, FIGHTING COVID-19 EMERGENCY IN PESARO - ITALY. THEY ARE PORTRAITED AT THE END OF THEIR LONG WORKSHIFT. 12 HOURS WITH NO DRINK AND NO TOILETBREAK, DUE TO THE PROTECTIVE SUIT THEY WEAR. THE SIGNS ON THEIR FACE ARE CAUSED BY THE MASKS THEY HAVE TO WEAR TO PROTECT THEMSELFES FROM COVID VIRUS. IN THE PICTURE: Annalisa Silvestri, Doctor anaesthetic

Read in English.

Il-Gvern Taljan saħħaħ il-miżuri restrittivi kontra l-koronavirus fit-Toskana u f’erba’ reġjuni oħra fl-isforzi tiegħu li jiġġeled it-tieni mixja tal-pandemija. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern impona restrizzjonijiet madwar il-pajjiż, u qasam il-pajjiż fi tliet żoni skont il-qawwa tal-imxija fiż-żona partikolari.

Ir-reġjun ta’ Toskana – magħruf għall-ibliet ta’ Firenze u Siena, kif ukoll il-Ligurja, l-Abruzzo, l-Umbrija u l-Basilikata, ittelgħu minn żoni sofor għal żoni oranġjo, li jfisser il-bars u r-ristoranti jkollhom jagħlqu iżda ħwienet oħra jistgħu jibqgħu miftuħa. In-nies jistgħu joħorġu fil-bliet u l-irħula tagħhom iżda ma jistgħux jivvjaġġaw lejn postijiet oħra.

Iż-żoni jiddependu fuq numru ta’ fatturi oħra fosthom rata ta’ infezzjoni lokali u persuni li jeħtieġu li jiddaħħlu l-isotar. Milan u parti l-kbira mit-Tramuntana tal-pajjiż jinsabu fiż-żona l-ħamra taħt lockdown parzjali. Ma’ dawn, se tiżdied il-provinċja ta’ Bolzano.

Ir-reġjuni tan-Nofsinhar ta’ Puglia u Sqallija diġà jinsabu fiż-żona oranġjo. Ilbieraħ, l-Italja kellha 25,271 każ ġdid ta’ coronavirus filwqt li mietu 356 persuna.

Iż-żieda qawwija fil-każijiet li jeħtieġu kura fl-isptar qed tpoġġi pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa u t-tobba wissew li l-Italja tista’ tirreġistra mal-10,000 mewt ix-xahar li ġej jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma. “Is-sitwazzjoni tista’ ssir traġika u għandna bżonn miżuri drastiċi, inkluż lockdown totali”, sostna Filippo Anelli, il-President tal-Federazzjoni tat-tobba.