Aktar Pulizija f’Hong Kong minħabba l-protesti

Aktar Pulizija ntbagħtu fit-toroq f’Hong Kong fejn qed ikomplu l-protesti, b’dimostranti anke reġgħu għamlu dimostrazzjoni matul il-lejl.
Il-Pulizija użat il-gass tad-dmugħ biex tressaq in-nies lura, hekk kif in-nies ilhom fit-toroq għal dawn l-aħħar jiem.
Id-dimostranti ikkanċellaw pjanijiet għal taħdidiet mal-Gvern dwar riformi elettorali.
Intqal li d-dimostrazzjonijiet iridu jieqfu sa għada hekk kif il-Pulizija se tassigura li jiftħu l-uffiċċji tal-Gvern u l-iskejjel.