Aktar programmi televiżivi Taljani milquta mill-coronavirus

Minħabba bil-mod kif qed jinfirex il-coronavirus fl-Italja, qed ikomplu jittieħdu bosta miżuri oħra ta’ prekawzjoni. Ilbieraħ tnejn mill-programmi l-aktar segwiti fil-ħin ta’ filgħaxija, għall-ewwel darba twasslu f’xandira diretta mingħajr udjenza fl-istudjo.

Barbara D’Urso u Fabio Fazio mexxew il-programmi rispettivi tagħhom Liev! Non e la D’Urso fuq Canale 5 u Che Tempo Che Fa fuq Rai Due f’atmosfera pjuttost differenti minn tas-soltu.

Issa hemm aktar programmi li qed jagħmlu l-istess u dawn jinkludu Mattino Cinque, Pomeriggio Cinque, Le Iene u Tika Taka.

Ritratt: Twitter/CheTempoChe Fa

Fejn se jkun hemm programmi li hemm l-udjenza dan għax ġew irrekordjati qabel u se jkun qed jinħareġ ukoll avviż.

Intant sar magħruf li Mediaset ħassar ukoll kull ħsieb beix fiż-żmien li ġej jibda żewġ reality shows kbar, Grande Fratello u L’Isola dei Famosi.