Aktar problemi għal ulied Rosa

Fit-tieni episodju mis-sensiela Saħta Fuq Uliedi li se jixxandar illejla fl-10.30pm fuq l-istazzjon One se naraw li Mel, il-ħabib ta’ Rosa għandu l-problemi tiegħu wkoll, iżda huwa sod u determinat li ma jħallix il-passat tiegħu ikissru.

Lena tinsab għadejja minn turmenti koroh minħabba żewġha Marku, iżda hu quddiem kulħadd qisu qaddis miexi fl-art. U waqt dan kollu, Katrina se tagħmel waħda tinkiteb, iżda m’għandhiex triq oħra u qed tibża’ ħafna, iżda msalba.

Jieħdu sehem Inez Farrugia, Maryrose Mallia, Stephanie Grech Mallia, Marion Parnis, Ian Fenech, Stephanie Sacco, Jesmond Triccas, Dominic Said, Christabelle Curmi, Lee N Abela, Maria Farrugia, Joseph Fenech u Silvio Catania fost oħrajn.

Il-kitba u direzzjoni hi ta’ Dominic Said fuq produzzjoni ta’ Bronk Productions.