Aktar pompi tal-petrol se jkunu jistgħu jbiegħu is-super unleaded

Is-sidien tal-pompi tal-petrol li huma interessati li joffri s-super unleaded petrol se jingħataw se jingħataw minn dan il-fjuwil.
Kienet il-GRTU fi stqarrija li ħabbret dan wara laqgħat li saru bejnha u ċ-Ċermen tal-Enemed.
Il-GRTU ressqet l-argument li s-super unleaded għandu jiġi jitqassam b’mod aktar vast u għalhekk il-pompi kollha li għandhom interess li jbiegħu dan it-tip ta’ fjuwil għandhom jingħataw din l-opportunità.
Ingħatat wkoll lista lil Enemed tal-pompi tal-petrol li jridu li jbiegħu is-super unleaded.
Il-GRTU rringrazzjat lil Enemed u l-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi għall-intervent tagħhom.