Aġġornata: Iweġġa’ gravi f’inċident ieħor fi Triq l-Imġarr

Passiġġier f’karozza li ħabtet fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija weġġa’ gravi aktar kmieni waranofsinhar.
L-inċident seħħ qrib l-istadium tal-futbol fix-ewkija għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar meta mara ta’ 70 sena mill-Għasri li kienet issuq Toyota Vitz ħabtet f’vann Ford Transit tal-kurjier li kien ipparkjat f’din it-triq.
Ir-raġel ta’ 73 sena mill-Għasri li kien magħha fil-karozza ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u rriżulta li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Aktar kmieni:
Il-volutiera tal-ERRC taw l-Ewwel Għajuna fuq il-post tal-inċident
Fuq il-post issejħet l-ambulanza mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.