Aktar persuni jippreżentaw ittra l-Qorti kontra Fantasy Tours

Fil-Qorti 117-il persuna oħra ppreżentaw protest b’ittra kontra Fantasy Tours, is-sid Karl Azzopardi, martu Audrey Azzopardi u ommu Emma Azzopardi kif ukoll il-Golden Travel Club Ltd biex jitħallsu lura ta’ flus taw lil dawn il-kumpaniji meta ibbukjaw għal btala li qatt ma saret.

Dawn il-persuni qed jitolbu lill-Qorti biex jitħallsu lura fi żmien tliet ijiem.

Il-ġimgħa li għaddiet, 138 persuna oħra kienu ippreżentaw ittra oħra biex jitħallsu.

Ittra għall-ħlas fil-konfront ta’ Golden Travel Club ġiet ippreżentata mill-Bank of Valletta li qed jitlob ħlas li jammonta għal aktar minn €114,000.