Aktar persuni jiksru l-liġi tal-ġemgħat

Miguela Xuereb

Read in English.

43 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Dan tħabbar fil-bullettin tal-Gvern dwar l-imxija tal-coronavirus li fih qed jiġi ppubblikat l-għadd tal-persuni li jkunu kisru dan l-avviż legali.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-818-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. Il-Gvern reġa’ appella biex kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn