Aktar pajjiżi mis-semi finali għamlu l-provi tagħhom għall-Eurovision

Ritratt: Thomas Hanses

11-il pajjiż parteċipant fis-semi finali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest illum għamlu t-tieni provi tagħhom. L-artisti kienu tnejn mill-ewwel semfinali u disa’ mit-tieni semi finali.

Issa li tlestew dawn ilprovi, f’Tel Aviv fl-Iżrael għaddejjin il-provi tal-ħames pajjiżi l-Kbar, Spanja, l-Italja, il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit, kif ukoll l-Iżrael, li bħala l-pajjiż li qed jorganizza l-Eurovision, sab postu wkoll fil-finali wara li s-sena l-oħra rebħu l-Eurovision permezz tal-kantanta Netta bil-kanzunetta Toy.

Dwar il-provi ta’ dawn il-pajjiżi nwasslu aġġornament aktar tard, filwaqt li nfakkru li għada s-Sibt filgħodu, Michela Pace se tkun qed tagħmel it-tieni prova tagħha fuq il-palk tal-Eurovision fejn għal Malta se tkun qed tipparteċipa bil-kanzunetta Chameleon.

Għal dawk kollha li qed isegwu, tistgħu ssegwu hawnhekk siltiet mill-provi tal-lum tal-pajjiżi fis-semi finali:

Greċja

San Marino

Armenja

Irlanda

Moldova

Żvizzera

Latvja

Rumanija

Danimarka

Żvezja

Awstrija