Ara kif tista’ tkun parti mit-tim tal-Emirates

Open Day tal-linja tal-ajru fl-1 ta’ Diċembru fis-Salini Resort Hotel & Spa.

Read in English.

Liema xogħol jista’ jagħtik pakkett komplut bil-benefiċċji li jinkludu paga li ma tinqatax taxxa minnha, akkomodazzjoni b’xejn ma’ oħrajn f’Dubaj bi standard għoli, trasport bla ħlas għax-xogħol u lura, servizzi mediċi u dentali, u skontijiet esklużivi fuq ix-xiri u attivitajiet ta’ divertiment f’Dubaj?

Jekk tingħaqad mal-kru tal-kabina tal-Emirates, l-akbar linja tal-ajru internazzjonali fid-dinja, tgawdi minn dan kollu u iżjed. L-Emirates toffri wkoll roħs attraenti fuq l-ivvjaġġar għall-membri tal-kabina u l-qraba u l-ħbieb tagħhom, li huma tabilħaqq vantaġġjużi għaliex in-network globali tagħha, li qed ikompli jikber, joffri ħafna titjiriet sbieħ f’sitt kontinenti tad-dinja.

Dawk kollha interessati li jingħaqdu mal-Emirates jistgħu jaħtfu ċ-ċans li qed jingħata lill-kandidati Maltin biex jingħaqdu mal-kru multinazzjonali tal-kabina ta’ din il-linja tal-ajru li se jkompli jikber waqt l-Open Day għar-reklutaġġ li se tittella’ l-Ħadd l-1 ta’ Diċembru 2019, fis-Salini Resort Hotel & Spa, il-Bajja tas-Salina, San Pawl il-Baħar. L-Open Day tibda fid-9.00 am preċiż.

L-Emirates qed tfittex kemm nisa kif ukoll irġiel biex timla l-pożizzjonijiet il-ġodda li għandha minħabba t-tkabbir li qed ikollha, ir-rotot il-ġodda li żiedet fin-network, u l-ajruplani l-ġodda tagħha.

Hemm numru ta’ kriterji li qed jintalbu mill-applikanti biex ikunu kkunsidrati għal dan ix-xogħol, fosthom li jkollhom mill-inqas 21 sena meta jingħaqdu mal-Emirates u li, meta jitilgħu fuq il-ponot ta’ subgħajhom, ilaħħqu b’idejhom sa 212ċm. Tagħrif ieħor fuq dawn ir-rekwiżiti għall-proċess tal-għażla, fuq l-ewwel salarju, u fuq il-benefiċċji li hemm marbuta ma’ dan l-impjieg issibu mis-sit.

L-applikanti għandhom jattendu l-open day u jġibu CV aġġornat bl-Ingliż u ritratt riċenti tagħhom. Għalkemm mhuwiex mandatorju, il-kandidati huma mħeġġa jirreġistraw minn qabel u jkunu lesti biex, jekk ikun hemm bżonn, iqattgħu ġurnata sħiħa fil-post. Il-kandidati li jintgħażlu jiġu mgħarrfa bil-ħinijiet għal aktar assessjar u intervisti.

L-Emirates ilha topera f’Malta mill-1998 u tgħaqqad il-passiġġieri f’aktar minn 159 destinazzjoni f’85 pajjiż f’sitt kontinenti. Topera servizz kuljum minn Malta għal Dubaj fuq wieħed mill-ajruplani tal-iżjed flotta moderna fid-dinja.

Dan il-kontenut huwa mwassal mill-Emirates