Read in English.
Propju llum f’nofsinhar skada l-perjodu li fih dawk li kienu eliġibbli għas-siġġijiet parlamentari vakati fid-Disa’ u fit-12-il Distrett, setgħu jissottomettu n-nomina tagħhom.
Nhar it-Tlieta jiġi deċiż min se jkun qed jieħu s-siġġijiet tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fit-12-il Distrett u l-Membru Parlamentari Marthese Portelli fid-Disa’ Distrett.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali spjegat li b’kollox irċeviet ħames nomini għas-siġġu ta’ Busuttil. Dawn huma:
- Simone Aquilina
- Graziella Galea
- Edward Torpiano
- David Thake
- Sam Abela
Fejn jidħol is-siġġu fid-Disa’ Distrett li kien ta’ Marthese Portelli, ġew sottomessi seba’ nomini:
- Ivan Bartolo
- Roslyn Borg Knight
- Albert Buttigieg
- Noel Muscat
- Charles Selvaggi
- Graziella Attard Previ
- Alan Abela Wedge
Il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali biex jimtela l-postijiet vakanti se jsir nhar it-Tlieta, 10 ta’ Marzu, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-għadd tal-voti għas-siġġu ta’ Busuttil se jsir fid-9am filwaqt li l-għadd tal-voti għas-siġġu ta’ Portelli se jibda fil-11am.