Aktar miżuri mill-BOV: Depożitu ta’ ċekkijiet u muniti

Read in English.

Il-BOV ħabbar għadd ta’ miżuri oħra biex fid-dawl tal-imxija tal-coronavirus ikompli jnaqqas il-ħtieġa li l-klijenti jżuru l-Fergħat tal-Bank. Fost dawn il-miżuri hemm tibdil fil-mod kif jiġu depożitati ċ-ċekkijiet għal ħaddieħor u depożiti ta’ flus fil-banek.

Ċekkijiet

Ċekkijiet immarkati bħala “Only” jistgħu, sakemm ma joħorġux avviżi oħra, jiġu depożitati minn terzi persuni ta’ fiduċja biex jiddepożitaw iċ-ċekk f’isem min fuq min ikun ħareġ iċ-ċekk (il-benefiċjarju)

Dan jista’ jsir billi:

  • Il-benefiċjarju jista jqabbad terza persuna biex tiddepożita ċ-ċekk direttament f’kont f’isem il-benefiċjarju;
  • Il-benefiċjarju jista’ wkoll jagħti struzzjonijiet lill-persuna ta’ fiduċja biex tiddepożita ċ-ċekk fil-kont bankarju tal-persuna fdata permezz tal-ATM.

F’dawn iż-żewġ każijiet, il-benefiċjarju kif ukoll il-persuna ta’ fiduċja iridu t-tnejn jiffirmaw ċ-ċekk fuq wara u jiktbu in-Numru tal-Karta tal-Identità.

Fondi minn ċekkijiet li ma jkunux maħruġin mill-Bank of Valletta u jiġu depożitati f’kont tal-BOV se jkunu għad-dispożizzjoni tal-klijenti wara 6 ijiem minflok 3 ijiem.

Depożiti

Depożiti ta’ flus kontanti u ċekkijiet mhux se jiġu aċċettati mill-kaxxiera tal-Bank. Depożiti ta’ flus għandhom isiru permezz tal-ATMs u n-Night Safe. Ċekkijiet jistgħu jiġu ddepożitati permezz tal-ATMs, Faċilita tan-Night Safe u l-Express Deposit. Klijenti li m’għandhomx kard tal-bank, se jkunu jistgħu jiddepożitaw flus kontanti għand il-kaxxiera b’mod temporanju. Dawn il-klijenti iridu japplikaw għall-BOV Cashlink Card b’xejn sabiex ikunu jistgħu jagħmlu d-depożiti permezz tal-ATMs.

Id-depożiti jiġu pproċessati fi żmien massimu ta’ tlett ijiem mid-data meta jiġu ppreżentati (b’eċċezzjoni ta’ ċekkijiet ta’ banek oħra kif spjegat aktar ‘il fuq).

Muniti

Muniti m’għandhomx jiġu ddepożitati permezz tan-Night Safes jew Bulk Deposits. Il-klijenti huma ġentilment mitluba jpoġġu muniti f’boroż siġillati, fl-ammonti u d-denominazzjoni speċifikati fuq il-boroż għall-muniti u jgħadduhom lill-kaxxier tal-bank.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn