Aktar minn żewġ miljuni jaħarbu mis-Sirja

Huwa stmat li aktar minn żewġ miljun Sirjan ħarbu mis-Sirja u issa saru refuġjati f’pajjiżi ġirien. Nofs miljun refuġjat ħarab mis-Sirja matul l-aħħar tliet xhur biss.

Skont informazzjoni maħruġa mill-Ġnus Maqgħuda, madwar 700,000 minn dawn ħarbu lejn il-Libanu. Issa, is-Sirja sar l-aktar pajjiż li ħarġu minnu refuġjati fid-dinja.

Intant, Franza u l-Istati Uniti qed ikomplu jħejju ruħhom għall-possibilità ta’ azzjoni militari, dan wara l-allegat użu ta’ armi kimiċi mil-forzi tar-reġim ta’ Bashar al-Assad.