Aktar minn nofs Malta “b’edukazzjoni baxxa” – NSO

Stħarriġ li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta (NSO) wera li 52.6% tal-popolazzjoni li għandhom aktar minn 15 sena għandhom livell baxx ta’ edukazzjoni.

Ir-riżultati juru li l-impjieg fost l-irġiel huwa 20% aktar għoli minn dak fost in-nisa bejn il-15 u 64 sena. Fejn tidħol l-edukazzjoni “livell baxx” jirreferi għal inqas minn 5 O’Levels jew ċertifikazzjoni ekwivalenti. Fost dawk il-persuni li jaħdmu, 30.9% kellhom edukazzjoni f’livell terzjarju. Ir-rata tal-impjieg tal-irġiel hija ta’ 80.3% u ta’ 60.2% għan-nisa.

Ir-rata tal-qagħad fit-tieni kwart tal-2018 kienet ta’ 3.8% bil-maġġoranza ta’ dawk bla xogħol b’età ta’ aktar minn 25 sena.

Għal aktar dettalji tista’ tagħfas hawn.