Aktar minn miljun persuna jaqsmu bejn il-gżejjer fl-ewwel 3 xhur tas-sena

Aktar minn 1,040,000 persuna qasmu bejn Malta u Għawdex fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. Dan ifisser żieda ta’ 3% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Il-Gozo Channel ra l-akbar ammont ta’ passiġġiera f’Marzu. Tul dan ix-xahar qasmu 406,510 persuna.
Anke n-numru ta’ karozzi li qasmu bejn iż-żewg gżejjer żdied b’4.9% matul dawn it-tliet xhur. B’kollox telgħu fuq il-vapuri 320,432 karozza.
B’kollox il-Gozo Channel għamel 5,216-il vjaġġ.
Matul dan il-perjodu l-port taċ-Ċirkewwa ra iżjed traffiku l-Ħamis u l-Ġimgħa, filwaqt li dan tal-Imġarr kien imħabbat aktar il-Ħadd u t-Tnejn.