Aktar minn kwart tar-Renju Unit b’miżuri aktar stretti

REUTERS/Toby Melville

Aktar minn kwart tal-popolazzjoni fir-Renju Unit mistennija tkun taħt regoli stretti ta’ lockdown, issa li se jidħlu miżuri ġodda minħabba l-coronavirus dan il-weekend.

Mil-lum, f’Leeds, Wigan, Stockport u Blackpool, in-nies mhumiex permessi jmorru fid-djar ta’ xulxin, lanqas fil-ġonna ta’ xulxin.

Dan peress li l-każijiet tal-Covid-19 qed jiżdiedu b’rata allarmanti fl-Ingilterra.

F’ġurnata kien hemm 6,042 każ ġdid tal-coronavirus. Illum fl-Iskozja kien hemm 714-il każ, l-ogħla numru ta’ każijiet f’ġurnata minn meta faqqgħet il-pandemija. Fl-Irlanda ta’ Fuq ukoll inkiser ir-rekord ta’ każijiet ġodda f’ġurnata, bi 319-il każ ġdid illum. Wales irreġistra 370 każ ġdid.