Aktar minn €900,000 b’risq id-Dar tal-Providenza

Fl-ewwel jum tas-sena, il-Poplu Malti u Għawdxi ġabar is-somma ta' €903,564 waqt il-Festa ta' Ġenerożità b'risq id-Dar tal-Providenza.
Din il-maratona bħal kull sena kienet organizzata minn RTK u l-pubbliku kellu l-opportunità jżur id-Dar u jammira x-xogħol li jkun sar bid-donazzjonijiet ta' għadd ta' persuni.
Matul il-ġurnata żaru d-Dar tal-Providenza il-President ta' Malta, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Amministratur Appostoliku Charles Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona