​Aktar minn €5 miljun f’direct orders mill-PM

Aktar minn €5 miljun interfqu f’direct orders minn entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat mill-1 ta’ Diċembru 2016 sal-1 ta’ Jannar 2018.
Din l-informazzjoni li ma tinkludix il-prezz tal-VAT ħarġet fil-Parlament wara Mistoqsija Parlamentari mill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi.
L-entitajiet involuti huma l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), l-Aġenzija Maltija għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija (MITA), L-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA), Identity Malta, u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST).
Fost l-akbar spejjeż kien hemm €552,272 għal abbonament u kuntratt ta’ sapport għal prodotti tal-informatika, €228,000 għall-assistenza teknika kontra l-ħasil ta’ flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, u  €216,000 li ntefqu f’servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi. Kważi €200,000 f’direct orders intużaw għal servizzi ta’ tindif.
F'reazzjoni, il-MP Jason Azzopardi sejjaħ liċ-ċifra totali bħala waħda "tal-blieh"