Aktar minn €12-il biljun investiti f’Malta matul l-2012

L-investiment barrani f’Malta matul l-2012 ammonta għal €12.3 biljun filwaqt li l-investiment dirett barra minn Malta ammonta għal €1.1 biljun.

80% tal-investiment barrani lejn Malta ġie mis-settur finanzjarju u investiment minn kumpaniji tal-assigurazzjoni. Mis-sena 2011 sal-2012, kien hemm żieda ta’ €376.1 miljun fl-investiment barrani lejn Malta.

Il-maġġoranza tal-investiment wasal minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, b’total ta’ €8.5 biljun, li jirrapreżenta kważi 69% tal-investiment barrani lejn Malta.