Aktar minn elf għamlu użu mit-trattament tal-methadone

Fl-aħħar tliet snin 1,192 pazjent għamlu użu mit-trattament ta’ methadone li jingħata mill-ispiżerija tal-Isptar Monte Carmeli.
Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari li d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech għamel lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi. Huwa staqsa dwar kemm kienu l-pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz mis-sena 2012 sal-2014.
Fis-sena 2012 kien hemm 493 pazjent li użaw dan is-servizz mill-ispiżerija tal-Isptar Monte Carmeli, bl-iktar xahar li fih il-pazjenti użaw dan is-servizz kien Awwissu.