Aktar minn €300,000 f’kumpens għaċ-ċiklist li ttajjar f’Ħal Far

Arkivji

Ċiklist ingħata €306,226 f’kumpens fil-Qorti tal-Appell wara li ħames snin ilu kien involut f’inċident bir-rota li ħallih b’diżabilità permanenti.

Silvan Farrugia ta’ 41 sena kien qiegħed isuq ir-rota f’Ħal Far u ttajjar minn karozza għal diversi metri. Wara dan l-inċident Farrugia kien fil-periklu li jitlef ħajtu minħabba l-ġrieħi serji li sofra. Riżultat ta’ dan l-inċident huwa baqa’ jsofri minn diżabilità permanenti.

Fl-ewwel Qorti Farrugia ngħata €93,192 f’kumpens wara li l-Imħallef sab lis-sewwieq ħati ta’ dan l-aċċident. Min-naħa tiegħu Farrugia kien appella minn din is-sentenza.

Il-Qorti tal-appell innotat li l-kumpens li ngħata s-sewwieq huwa ftit meta mqabbel mal-gravità u l-impatt li ħalla dan l-inċident fuq il-ħajja tar-raġel.

Għalhekk il-Qorti tal-appell iddeċidiet li l-kumpens li għandu jingħata Farrugia huwa ta’ €306,226.