Aktar minn 9,000 siġra mħawlin fl-2020

Matul l-2020 ġew imħawlin 9,108 siġriet fil-Gżejjer Maltin. L-akbar ammont ta’ siġar tħawlu kien f’Kemmuna b’total ta’ 2,075 siġra. Fil-park li ġie nawgurat fix-xhur li għaddew f’Ħaż-Żabbar tħawlu 1,838 siġra filwaqt li fil-Fort Rinella tħawlu 636 siġra. Matul din is-sena 129 siġra ġew sponsorjati mill-privat.

Fl-2019 tħawlu 20,286 siġra. Dan huwa l-akbar ammont ta’ siġar li tħawlu matul dawn l-erba’ snin. 2,614 siġra tħawlu mill-privat. L-akbar ammont ta’ siġar f’din is-sena tħawlu f’Kemmuna wkoll b’total ta’ 4,036 siġra. Fil-Kunsilli Lokali tħawlu 3,068 siġra filwaqt li fil-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta tħawlu 2,538 siġra. 

Fl-2018 tħawlu total ta’ 10,185 siġra li l-maġġoranza tagħhom tħawlu f’Kemmuna b’total ta’ 3,842 siġra. Din is-sena permezz tal-Istrina tħawlu 1,319-il siġra f’diversi widien.

L-2017 hija l-inqas sena li fiha tħawlu siġar. F’din is-sena tħawlu 4,421 siġra li minnhom 2,556 siġra ingħataw mill-privat. Din is-sena l-akbar ammont ta’ siġar li tħawlu kienu fl-1,635 siġra fil-Buskett Life Plus.

Dawn iċ-ċifri tpoġġew fuq il-mejda tal-Parlament mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista David Thake.