Aġġornata bil-filmat: Madwar 90 immigrant irregolari ddaħħlu Malta

Madwar 90 immigrant irregolari ddaħħlu Malta matul il-lejl li għadda, hekk kif kienu salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta fl-ibħra territorjali Maltin.
L-immigranti rregolari nstabu fuq dinghy madwar 25 mil nawtiku ‘l barra minn Għawdex.
Huma ddaħħlu Malta permezz tal-patrol boats tal-Forzi Armati ta’ Malta, hekk kif l-immigranti kollha fosthom 5 nisa ġew trasferiti fuqhom.
Fl-aħħar jiem anke kawża tat-temp bnazzi kienu mijiet ta’ immigranti li qasmu fil-Mediterran.
Aktar minn 2,000 immigrant irregorali ddaħħlu fl-Italja u mijiet oħra fi Spanja.

Filmat: Forzi Armati ta' Malta