Aktar minn 8 miljun persuna ssegwi l-Papa fuq Twitter

Il-popolarità tal-Papa Franġisku issa qed tispikka ukoll fil-midja soċjali, b’mod partikolari fuq Twitter.

Skont studju li sar fost l-aktar nies influenti fil-midja soċjali, aktar minn 8 miljun persuna ssegwi l-profil tal-Papa Franġisku fuq Twitter. Dan jikkuntrasta ferm mat-3 miljuni li kien hemm fix-xahar ta’ Marzu. Dan in-numru sploda matul il-jiem li l-Papa għamel fil-Brażil matul iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-żgħażagħ.

B’hekk, il-Mexxej tal-Knisja Kattolika bħalissa jinsab mal-lista tal-aktar persuni influetni fuq Twitter. Mhux hekk biss, imma kull tweet tal-Papa Franġisku qed tiġi mifruxa għal aktar minn 22,000 darba. Dan jimmarka żieda ta’ 161%.