Aktar minn 6,000 vettura liċenzjati bejn Ottubru u Diċembru

Propju 6,367 vettura ġiet illiċenzjata mill-ġdid f’Malta bejn Ottubru u Diċembru tal-2018. Dan ġie kkonfermat permezz ta’ statistika ġdida maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NAO).

Din iċ-ċifra tellgħet in-numru tal-vetturi fil-pajjiż għal 385,326 sat-tmiem tas-sena. 77.9% ta’ dawn huma karozzi personali, 13.6% huma karozzi kummerċjali, 7.4% huma muturi u quadricycles, filwaqt li x-xarabankijiet jammontaw għal inqas minn 1%.

Intant, bejn Ottubru u Diċembru, il-maġġoranza tal-vetturi b’liċenzja ġdida kienu wkoll il-karozzi personali, bit-total jitla’ għal 4,710, jew 74%. Kien hemm żieda ta’ 700 mutur. Minn dawn, kienu 2,765 li kienu karozzi ġodda li qed jinstabu għall-ewwel darba. Filwaqt li karozzi użati li ġew liċenzjati mill-ġdid kien hemm total ta’ 3,602.

Min-naħa l-oħra, matul Ottubru, Novembru u Diċembru, total ta’ 7,424 karozza tneħħew minn fuq it-toroq minħabba restrizzjonijiet. Minn dan it-total, 36.1% tpoġġew għall-bejgħ, 31.2% ġew skrappjati, filwaqt li dawk li ġew iggaraxxjati jammontaw għal 30.2%. Intant kien hemm total ta’ 3,723 karozza li tneħħewlhom ir-restrizzjonijiet minn fuqhom.

Aktar vetturi Petrol milli Diesel

Il-vetturi l-aktar popolari fl-2018 kienu dawk tat-tip Petrol. Dan hekk kif sa Diċembru, 231,508 vetturi kienu tat-tip petrol, filwaqt li 149,979 vettura kienu Diesel. Vetturi elettriċi u dawk hybrid jammontaw għal 0.6% tal-vetturi, jiġifieri 2,367.