Aktar minn 6,000 ħaddiem barrani mal-GWU

DOI - Reuben Piscopo

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja qal li aktar minn 6,000 ħaddiem barrani huma reġistrati mal-Unjin. Huwa kien qed jitkellem waqt laqgħa li saret mal-Amministrazzjoni Ċentrali u s-segretarji tat-taqsimiet tal-General Workers Union. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis.

Bugeja tkellem dwar l-importanza li hemm bżonn li kull impjegat ikun f’unjin tal-għażla tiegħu. Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li dwar dan il-Gvern qed jistudja din il-possibilità.

Matul il-laqgħa l-Ministru tkellem wkoll dwar l-isfidi li jaffaċċjaw it-trade unions u l-Gvern biex jissalvagwardjaw id-dinjità ta’ kull impjegat. Tkellem ukoll dwar l-importanza tad-djalogu soċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta.