Aktar minn 600 turist joqogħdu f’AX Hotels fl-ewwel ġimgħa ta’ operat

Il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur inawgurat dan il-mument meta iltaqgħat mat-turisti ġewwa AX The Palace, Sliema.

Read in English.

Matul ix-xahar ta Lulju bil-ftuħ tal-ajruport ta’ Malta, bdejna naraw numru ta’ turisti jerġgħu iżuru lil Malta. Dan hu mument importanti għas-settur tat-turiżmu inkluż għal AX Hotels.

Malli r-ristrizzjonijiet ġew elevati, AX Hotels ħadet id-deċiżjoni li tiftaħ il-lukandi tagħha sabiex tilqa’ mill-ġdid it-turisti barranin u lokali. Matul l-ewwel ġimgħa mill-ftuh tal-AX Hotels, ‘il fuq minn 600 turist qagħdu fil-lukandi tagħhom. Huwa mistenni li sal-aħħar tax-xahar ta’ Lulju, AX Hotels jaqbżu il-25% ta’ okkupazjoni tagħhom.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli żaret il-lukanda AX The Palace fejn iltaqgħet ma’ numru ta’ turisti li qed joqogħdu fil-lukanda. Fost it-turisti li iltaqgħat magħhom kien hemm preżenti il-familja Nielsen mid-Danimarka li qed iżżur lil Malta għall-5 darba u li għażlu l-AX Hotels għar-raba’ darba.

Claire Zammit Xuereb, Direttur tal-Ospitalitá fl-AX Hotels qalet li il-grupp jinsab onorat u umli bir-rispons tal-konsumatur għall-ftuh tal-lukandi. Dan juri bi ċar li matul is-snin u bis-saħħa tal-ħidma bla waqfien tal-grupp, inkisbet il-fiduċja tal-konsumatur. Il-familja Nielsen hija eżempju ċar tal-fiduċja li AX Hotels kisbet permezz tas-servizz u l-esperjenza li toffri lil kull klijent. Il-grupp se jkompli jaħdem b’mod għaqli u sostenibbli sabiex joffri futur aħjar lill-industrija tat-turiżmu.

Kevin Callus, General Manager ta’ AX Hotels Sliema assigura li qed jittieħdu kull prekawzjoni sabiex jissalvagwardjaw lil kull kljient. Attenzjoni għal kull detall qed jiġi mħares sabiex nassiguraw is-saħħa u s-sigurtà lil kull minn joqgħod fil-lukandi tagħna.

AX Hotels hija katina ta’ 7 lukandi ġewwa Sliema, Qawra u Valletta kif ukoll għandha 17-il ristorant li jinkludi il-MICHELIN Star Under Grain.