Aktar minn 600 kilogramma droga misjuba mill-Pulizija Belġjana

Il-Pulizija fil-Belġju rnexxilha tissekwestra pilloli tal-ecstasy u kimika oħra li tintuża fid-droga li valur tagħhom jammonta għal aktar minn €1.3 biljun.

Il-Pulizija Belġjana arrestat disat irġiel u żewġ nisa, mill-Belġju, t-Turkija u l-Polonja, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn 30 u 50 sena.

Huma jinsabu mixlija bil-pussess u t-traffikar tad-droga.

Huwa mifhum li dawn il-persuni arrestati jiffurmaw parti minn grupp kriminali internazzjonali li jopera fl-Ewropa.

Żewġ laboratorji kif ukoll imħażen kienu qed jintużaw minn dan il-grupp kriminali biex jiġu mmanifatturati pilloli tal-ecstasy.

Fil-kummenti tagħha, is-Sindku tal-belt Belġjana ta’ Chimay qalet li tinsab ixxokjata b’din is-sejba kbira ta’ droga.

Spjegat kif huwa possibbli li timmanifattura 1.5 miljun pillola tal-ecstasy b’25 kilogramma ta’ kimika meta l-Pulizija elevat aktar minn 600 kilogramma.