Aktar minn 540 applikazzjoni għall-fidi taċ-ċnus

DOI: Clodagh ONeill'

Tħabbar li fl-ewwel tliet xhur tal-iskema tal-fidi taċ-ċnus u kirjiet temporanji fuq propjetajiet residenzjali, diġà daħlu ‘l fuq minn 540 applikazzjoni.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għas-Suq tal-Propjetà Chris Agius żaru l-uffiċini tal-Uffiċċju Konġunt fil-Belt Valletta.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari qalu li dan juri li ħafna familji qegħdin isiru verament sidien ta’ djarhom. Agius spjega li din l-iskema qed tagħti l-opportunità lill-familji Maltin u Għawdxin li jgħixu fi proprjetà tal-Gvern li hi suġġetta għal ċens temporanju jew kirja mal-Uffiċċju Konġunt. 

Għal-linji gwida u l-applikazzjoni, il-pubbliku huwa mitlub jidħol hawn.