Aktar minn 500,000 passiġġier jgħaddu mill-ajruport f’Lulju

F’Lulju li għadda, mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għaddew 511,243 passiġġier.  Dan ifisser żieda ta’ 8.5% fuq Lulju tas-sena li għaddiet.
Matul Lulju, wasliet mir-Renju Unit kibru b’9.4%.  Żdiedu wkoll dawk li ġew mill-Italja , Franza u l-Ġermanja.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport, Markus Klaushofer, qal li f’Lulju ta’ din is-sena għaddew aktar passiġġieri minn Awwissu 2013, li kien l-aqwa xahar qatt irreġistrat.
L-Ajruport qed jistima li fuq medda ta’ sena, se jkun kiber b’4.2%.
Minn Jannar u Ġunju li għadda, mill-ajruport għaddew aktar minn minn 1.8 miljun persuna.