Aktar minn 5,000 inqatlu waqt il-ġlied fl-Ukraina

Aktar minn 5,000 persuna inqatlu fl-Ukraina mill-bidu tal-kunflitt f’nofs April tas-sena li għaddiet.
L-aħħar ċifri ngħataw min-Nazzjonijiet Magħquda.
Minħabba l-ġlied li reġa’ beda mit-13 ta’ Jannar li għadda, in-numru tal-vittmi żdied ferm.
Miċ-ċifri ppubblikati sa’ issa jirriżulta wkoll li kien hemm kważi 11,000.
Kelliem għan-Nazzjonijiet Magħquda qal li ċ-ċifra reali tal-persuni mejta mistennija li tiżdied.