Aktar minn 45,000 persuna niżżlu l-app tal-coronavirus

DOI

Read in English.

Aktar minn 45,000 persuna niżżlu l-app tal-coronavirus li l-Gvern nieda jumejn ilu.

Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter. Huwa ħeġġeġ lin-nies li għadhom ma niżżlux l-app biex jagħmlu dan sabiex jipproteġu lilhom infushom u lil ta’ madwarhom.

L-għan ta’ din l-app hu li min jużaha jkun jaf jekk kienx f’kuntatt qrib ta’ persuna li aktar tard tirriżulta pożittiva għall-virus.

Id-Direttur Reġjonali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Hans Kluge, feraħ lill-Ministru Chris Fearne u t-tim tiegħu tas-suċċess li għamlet din l-app.

L-app, bl-isem Covid Alert Malta, hija kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u tuża l-Bluetooth mingħajr ma tiġbor informazzjoni dwar l-utent tal-mowbajl. Din l-app ġiet żviluppata mill-awtoritajiet tas-saħħa, mill-Aġenzija Maltija tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali.

Tista’ titniżżel mill-App store tal-Apple u mill-Google Play.

 

Niżżiltha din l-app?

Iktbilna hawn taħt jew ibgħat imejl fuq info@newsbook.com.mt