Aktar minn 400 swab test kuljum – Fearne

Facebook/Chris Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, dawk li qed jiġġieldu l-coronavirus fil-fruntieri tal-marda, qed jagħmlu aktar minn 400 swab test kuljum.

Permezz ta’ post fuq Facebook, hu qal li l-ftuħ ta’ żewġ testing hubs mil-lum, waħda f’Pembroke u oħra f’Għawdex, se jwasslu sabiex isiru aktar minn dawn it-testijiet ta’ kuljum. Dawn it-testijiet isiru bħala parti mill-contact tracing u ta’ persuni li jħossu s-sintomi tal-virus sabiex kemm jista’ jkun il-każi jinqabdu fil-bidu tagħhom u ma jkunx hemm firxa aggressiva tal-virus fil-pajjiż.

Il-Ministru Fearne qal li huwa essenzjali li kulħad isegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

We are reaching over 400 #COVID19 swab tests a day. With the opening as of this morning of 2 new test #hubs in #Luxol and #Gozo we will continue to ramp up. Essential to follow instructions #InThisTogether

Posted by Chris Fearne on Thursday, 26 March 2020

Intant, il-Gvern kien spjega li l-laboratorju tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei mill-24 ta’ Marzu beda jżid l-ammont ta’ testijiet li qiegħed jittestja. Fil-fatt, issa se jibdew jiġu ttestjati l-iswabs għall-Covid-19 f’erba’ ħinijiet differenti matul il-ġurnata, minflok tlieta, kif kien qed isir s’issa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn