​ Aktar minn 4,500 persuna jżuru l-Fiera l-Kbira

Numru rekord ta 4,500 persuna żaru l-Fiera l-Kbira f’Montekristo Estates fl-ewwel sigħat tagħha lbieraħ filgħaxija.  Fil-fiera, li ġiet inawgurata uffiċċjalment mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, hemm 230 esebitur. 
Il-Fiera l-Kbira, qed tiġi organizzata minn Expo Events u, minbarra l-esebituri, qed toffri wkoll diversi attivitajiet oħra bħal wirjiet mill-Montekristo Equestrian Club, fun park għat-tfal  u oħrajn. Wieħed jista' jsegwi wkoll il-logħob tat-tazza tad-dinja. 
Il-Fiera l-Kbira tiftaħ kuljum mis-6.30pm sal-11pm u se tibqa' miftuħa sal-Ħadd 20 ta’ Lulju. 
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill paġna uffiċċjali tal-facebook (fierakbira) u s-sit elettroniku www.fierakbira.com.