Aktar minn 359,000 passiġġier ospitati mill-MIA fi Frar

Ix-xahar li għadda kien it-tieni Frar li fih l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ospita aktar minn 300,000 passiġġier. It-traffiku totali ta’ Frar ammonta għal 359,395 moviment tal-passiġġieri, li jsarrfu fi tkabbir ta’ 2.9% fuq Frar 2018.

Dan it-tkabbir fil-movimenti tal-passiġġieri kien irreġstrat b’mod parallel ma’ żieda ta’ 8.9% fil-movimenti tal-ajruplani u titjib ta’ 6.4% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet. Is-seat load factor (SLF) għax-xahar ta’ Frar kien ta’ 75.9%.

Ix-xahar li għadda, ir-Renju Unit reġa’ tela’ fil-quċċata tal-lista tal-aqwa swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li kien niżel post f’Jannar. Ir-Renju Unit kien segwit mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u Spanja, li flimkien kienu responsabbli għal aktar minn 60% talmovimenti tal-passiġġieri totali rreġistrati fi Frar.

li l-aqwa tlitt iswieq esperjenzaw tnaqqis li varja bejn -0.8% u -5.5%, Franza u Spanja
komplew bit-tkabbir li kien osservat fil-bidu tas-sena anki fix-xahar ta’ Frar.Is-suq Franċiż kiber bi 15.6%, liema tkabbir irriżulta parzjalment minn żviluppi bħall-operat
tar-rotot ta’ Bordeaux u Paris Beauvais tul l-istaġun tax-xitwa għall-ewwel darba u titjiriet aktar frekwenti fuq ir-rotta ta’ Paris Charles de Gaulle.

Min-naħa l-oħra, is-suq Spanjol kiber b’rata impressjonanti ta’ 75.4%, b’riżultat ta’
konnessjonijiet imtejbin ma’ Spanja tul l-istaġun tax-xitwa.