Aktar minn 3,000 rapport ta’ reat fuq iż-żgħażagħ matul l-2013

Victim Support Malta bħalissa qed taħdem fuq proġett bil-għan li tiġi provduta għajnuna lil żgħażagħ li jispiċċaw vittma ta’ reat kriminali. Il-proġett jinvolvi analiżi tal-vittimoloġija fost iż-żgħażagħ u s-servizzi relatati li jeżistu f’Malta u barra minn Malta, kampanja modesta biex titqajjem kuxjenza mmirata lejn iż- żgħażagħ.
Mariella Micallef, li qed tmexxi l-proġett, tispjega li l-letteratura tindika li r-riskju li ż-żagħażagħ jisfaw vittma ta’ xi reat kriminali huwa filfatt ferm akbar minn dak ta’ persuni oħra ta’ kwalunkwe etá.
Skont statistika pprovduta mill-pulizija, fl-2013, kien hemm 67 każ irrappurtat ta’ feriti gravi u 330 każ irrappurtat ieħor ta’ feriti serji fejn kienu involuti, direttament jew indirettament, żagħażagħ ta’ bejn it-13 u d-29 sena. Fuq perjodu ta’ tliet snin, bejn l-2011 u l-2013, ġew irrappurtati 165 każ ta’ theddid, malafama, estorsjoni, fastidju, vjolenza domestika u theddid bil-kitba, li kollha kienu jinvolvu b’xi mod żgħażagħ.
Fl-2013, kienu rrappurtati 3,387 każ li b’mod dirett jew indirett ħallew vittma ta’ etá żagħżugħa.
Riċerka oħra, li tiffoka fuq iż-żagħażagħ bħala vittmi, ser tipprovdi l-bażi għal taħriġ fost il-ħaddiema u l-voluntiera tal-Victim Support Malta kif ukoll għal taħriġ għal persuni f’kuntatt dirett maż-żagħażagħ. Għall-aħħar xhur tas-sena hija ppjanata kampanja biex titqajjem kuxjenza bil-għan li kemm jista jkun żagħażagħ isiru jafu bis-servizzi pprovduti mill-Victim Support Malta u, f’każ ta’ bżonn, jiġu mħeġġa jistaqsu għal informazzjoni u għajnuna.